Il-Proġett

F’korrispondenza mal-għanijiet stipulati ta’ titjib u protezzjoni tas-saħħa u tal-benessri permezz ta’ enfasi fuq il-prevenzjoni, il-promozzjoni tas-saħħa u l-intervent bikri, dan il-proġett għandu żewġ miri li jmorru id f’id:

Li titnieda kampanja edukattiva fl-iskejjel, stratifikata skont l-età, li tenfasizza l-importanza ta’ stil ta’ ħajja san sabiex tiġi evitata l-obeżità u l-effetti tagħha.

Li jiġu identifikati individwi  obeżi/b’piż żejjed (bl-użu tal-BMI u ċ-ċirkumferenza tal-qadd bħala kriterji) fil-kuntest ta’ spiżeriji fil-komunità, u li jitwettaq skrinjar tal-HbA1c u tal-profil tal-lipidi fil-post tal-kura bl-iskop ġenerali li individwi li jinsabu f’riskju u għadhom ma ġewx identifikati jiġu riferiti għall-kura medika. Għal aktar informazzjoni ikkuntatjana fuq info@behealthy.org.mt