Hypercholesterolemia

Għalfejn għandek bżonn it-test tal-kolesterol?

Dan it-test hu importanti biex jidentifika r-riskju għall-mard tal-qalb u sabiex jikkalkula r-rispons għall-mediċini.

 

Meta trid tiċċekja l-kolesterol?

Meta m’hemmx riskji preżenti:

1. Adulti: Kull 4-6 snin

2. Żgħażagħ: Darba bejn l-eta’ ta’ 9 u 11-il sena u darb’ oħra bejn l-eta’ ta’ 17 u 21 sena.

Fil-preżenza ta’ riskji: f’intervalli regolari

 

X’kampjun hemm bżonn għat-test?

Ftit demm permezz ta’ titqiba zgħira mill-ġenb tas-sebgħa.

 

Kif wieħed għandu jipprepara ruħu għat-test?

Wieħed għandu jkun sajjem bejn 9-12-il siegħa (ilma biss) qabel ma jittieħed id-demm għat-test.

 

Parametri tat-test tal-kolesterol

Profil tal-kolesterol jinkuldi:

  • Kolesterol totali
  • High-density lipoprotein cholesterol (HDL-C) – magħaruf bħala “l-kolesterol it-tajjeb”. Dan ineħħi l-kolesterol żejjed mill-ġisem.
  • Low-density lipoprotein cholesterol (LDL-C) – magħruf bħala “l-kolesterol il-ħażin”. Dan għaliex jiddepożita l-kolesterol iż-żejjed mal-ħajt tal-arterji tad-demm.
  • Trigliċeridi