Għalfejn għandek tiċċekkja l-pipì?
It-testijiet tal-pipì jsiru sabiex tfittex jew tiċċekkja żvilupp ta’ ċertu mard u kundizzjonijiet fil-kliewi jew infezzjonijiet fil-pajp tal-pipì.
Meta għandek tiċċekkja l-pipì?
L-iċċekkjar tal-pipì hu rakkomandat meta jkollok sintomi bħal uġigħ fin-naħa t’isfel taż-żaqq jew tad-dahar u meta jkun hemm urġenza jew uġigħ meta tgħaddi l-awrina.
Ġbir ta’ kampjun tal-pipì
Għall-ġbir tal-pipì uża biss kontenitur apposta li jkun sterilizzat u nadif.
L-eżami tal-pipì jsir permezz ta’ strixxi apposta u għandu jsir mill-aktar fis possibbli f’inqas minn sagħtejn.
Parametri tat-testijjiet tal-pipì
X’qed jiġi analizzat?
pH: aċidożi jew ketoaċidożi, ġuħ, dijarea
Lewkoċiti: infezzjonijiet tal-kliewi u tal-awrina
Nitrat: infezzjonijiet tal-pajp tal-pipì, ċistite, kumplikazzjonijiet fil-kliewi
Proteina: dijabete, sawm, remettar, ketoaċidożi
Glukożju: dijabete, zokkor fil-pipì
Ketoni: dijabete, sawm, remettar, ketoaċidożi
Urobilinoġenu: ċirrożi tal-fwied, epatite, enemija
Bilirubina: ċirrożi tal-fwied, suffejra
Demm: (Demm fil-pipì) jindika infezzjonijiet, ġebel fil-pipì, kumplikazzjonijiet tal-kliewi