Huwa faċli tiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm. Il-livelli li persuna għandha żżomm bħala mira huma:
1. Sajma: <5.6 mmol/L
2. Sagħtejn wara l-ikel: <7.8 mmol/L
Iċċekkja d-dijabete f’4 passi:
1. Ibda billi taħsel idejk sew u ħallihom jinxfu.
2. Taqqab il-ġenb ta’ subgħak billi tuża labra sterilizzata. Biddel il-labra kull darba li jsir it-test. Qatt m’għandek tuża l-istess labra fuq individwi differenti.
3. Applika l-qatra tad-demm skont l-istruzzjonijiet tal-magna taz-zokkor tiegħek.
4. Stenna sakemm joħroġ ir-riżultat u rrekordjah fid-djarju tad-dijabete tiegħek.
Il-livell taz-zokkor li jgħodd għalik jiġi speċifikat f’konsulta mat-tabib tiegħek.
Dejjem ħu d-djarju tad-dijabete miegħek meta tmur għand it-tabib.
It-tabib jew l-ispizjar tiegħek jiddeterminalek il-livell ta’ HbA1c fid-demm tiegħek f’intervalli regolari. L-HbA1c huwa r-riżultat ta’ kalkolu taz-zokkor fid-demm ta’ bejn 8 u 12-il ġimgħa qabel u għandu jkun 7% jew inqas.